Kmieni llum wara nofsinhar għall-ħabta tas-1:30p.m. quddiem il-Qorti fil-Belt Valletta saret protesta organizzata mis-Civil Society Network bl-iskop li tintalab ġustizzja wara l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Din kienet it-tieni ġabra ta’ persuni flimkien bħala reazzjoni għal dan il-qtil barbaru. Ilbieraħ, eluf ta’ persuni ltaqgħu f’Tas-Sliema u San Ġiljan f’velja b’rispett u tifkira għal Daphne Caruana Galizia.
//= $special ?>