Il-qtil makabru ta’ Daphne Caruana Galizia qed ikompli jġib miegħu diversi kundanni lokali u internazzjonali.
Id-Direttur Ġenerali tal-UNESCO, Irina Bokova, ingħaqdet mal-kundanna internazzjonali u saħqet li l-Prim Ministru jeħtieġ iżomm il-wegħda li jressaq lill-persuna li wettaq ir-reat quddiem il-ġustizzja. Dan kien att kontra d-dritt ħieles tal-kelma u tal-informazzjoni, drittijiet essenzjali f’demokraziji madwar id-dinja.
Lokalment issuktaw il-kundanni minn Din l-Art Ħelwa u l-Malta Debating Union. Din l-Art Ħelwa qalet li l-ġurnalist in kwistjoni kienet ta’ sostenn għall-organizzazzjoni billi ppublikat għadd t’ artikli fuq il-proġetti ta’ restawr tagħha. Meta atti barbari bħal dawn jitħallew isiru, l-NGO qalet li d-dritt ċivili tal-libertà tal-ħsieb jiddgħajjef.
Il-MUDU qalet li l-qtil ta’ Caruana Galizia tfakkarna fuq l-importanza li nipprowovu il-valuri tal-libertà tal-espressjoni u d-dinjità tal-bniedem permezz tad-djalogu, l-edukazzjoni u l-bdil tal-ideat. Hija tawgura li l-istituzzjonijiet iservu ta’ difensuri u jsaħħu l-libertà tal-espressjoni u ċ-ċittadinanza(full ctitzenship).
//= $special ?>