Fi stqarrija il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ħabbar li mhux se jkun qed jattendi għas-Summit tal-Partit Popolari Ewropew matul il-ġurnata ta’ għada, wara l-qtil politiku tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, li hu mument traġiku għal pajjiżna.
Dan kien se jkun l-ewwel Summit li se jattendi għalih Adrian Delia bħala l-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista. Madanakollu, hu bagħat ittra personali lill-President tal-Partit Popolari Ewropew Joseph Daul biex jinfurmah li fiċ-ċirkustanzi politiċi attwali, hu jħossu li għandu jipposponi l-ewwel Summit, u jibqa’ Malta.
//= $special ?>