L-MEP Francis Zammit Dimech talab lil Petra Kammerevert, Ċerpersin tal-Kumitat tal-Kultura u l-Edukazzjoni tal-Parlament Ewropew, li tiegħu huwa membru, biex fil-laqgħa li jmiss tingħata tislima lill-memorja tal-aqwa ġurnalista investigattiva Maltija, Daphne Caruana Galizia.
Din it-tislima se tesprimi solidarjetà ma’ dawk qrib tagħha u tirrijafferma l-impenn tal-Kumitat responsabbli għall-midja li jiddefendi lill-ġurnalisti li jagħmlu xogħlhom għax jekk il-ġurnalisti jiġu msikkta, tintilef il-libertà u d-demokrazija.
//= $special ?>