Lokali Parlament

Il-Prim Ministru jibqa’ jiddefendi l-pożizzjoni tiegħu

Il-Prim Ministru Joseph Muscat llejla’ baqa’ jiddefendi l-aġir tal-pulizija u attakka lill-Oppożizzjoni li ressqet diversi porposti dwar kif l-istituzzjonijiet għandhom jissaħħu quddiem il-kollass li jinsabu fihom.

Fid-diskors tiegħu fil-ħin allokat dwar il-Budget 2018, il-Prim Ministru qal li hu xtaq jitkellem dwar l-ekonomija u l-budget iżda ma jħossx li għandu jitkellem dwar dan minħabba ċ-ċirkostanzi li ġraw fil-pajjiż. Dawn m’humiex affarijiet li jintnesew iżda li jimmarkaw lin-nies kollha. In-nies ta’ rieda tajba huma ixxukkjati u rrabbjati għal dak li ġara lil Daphne Caruana Galizia u lis-soċjetà kollha. Dan hu mument fejn in-nisa u l-irġiel jingħażlu mit-tfal u fejn l-istorja għad tiġġudika.

Joseph Muscat qal li dan hu mument ta’ luttu nazzjonali bla preċedent u sostna li jrid jitkellem kif irridu nkunu flimkien biex nagħtu messaġġ ċar lill-poplu li jinsab ħerqan li jisma l-kelma tal-mexxejja. Hu sostna li l-Kap tal-Oppożizzjoni kellu okkażjoni pprova jifred milli jgħaqqad iżda hu se jipprova jgħid fejn il-poplu jista’ jkun ‘il quddiem. Hu sostna li ma jemminx li hawn min ħa pjaċir b’dak li ġara għalkemm in-nies huma kollha diżgustati. In-nies qed tistenna mill-politiċi sinjal kif il-pajjiż joħroġ minnha iktar b’saħħtu minn qatt qabel fl-istorja tal-pajjiż.

Il-Prim Ministru qal li hu jemmen fl-istituzzjonijiet u l-gvern qed juri ċiviltà li jisma b’tolleranza. Għandna niddefendu lill-istituzzjonijiet u mhux ikollna velenu għalihom, sostna Joseph Muscat, li kompla li il-persuna li nqatlet weġġgħetu ħafna personalment. Minkejaj dan hemm il-valur tal-umanità u tal-kompassjoni tal-poplu. Din hi parti essenjali minn dak li jgħaqqad lill-poplu.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-mira ewlenija fid-delitt kienet il-valur tal-libertà tal-espressjoni u li min iħossu mweġġa’ jkollu d-dritt li jieħu apssi fl-istituzzjonijiet u fil-qrati. Hu semma l-libertà artisika bit-tneħħija taċ-ċensura u t-tneħħija tal-vilifikazzjoni u qal li l-impenn m’għandux ikun parzjali jew relattiv. Il-libertà tal-espressjoni trid tkun aċċettata fl-aspetti kollha. Din tista’ tkun qalba storika fil-mod kif jaħseb l-pajjiż.

Fil-leġiżlatura l-oħra kien hemm ftehim għat-tneħħija tal-libell kriminali; aspett li jeffettwa l-ġurnalisti. Dawn se jerġġgħu jitressqu fil-parlament anki minkejja li hemm riservi kemm minn deputati kif ukoll minn familjari. Din hi t-triq li għandu jieħu l-pajjiż.

Il-Prim Ministru qal li hu jrid jiddefendi lill-istituzzjonijiet tal-pajjiż għalkemm kien hemm waqtiet fejn kellu riservi dwar l-istituzzjonijiet tal-pajjiż iżda hu qatt ma attakka lill-istituzzjonijiet. Hu sostna li qed isir attakk bla preċedent fuq il-Korp tal-Pulizija, li għamel l-akbar qabdiet tad-droga fl-istorja tal-pajjiż u li solva waħda mill-ikbar serqiet fil-pajjiż. Dwar l-uffiċjal tal-pulizija b’rekrod kriminali li ngħataw promozzjoni fil-Korp tal-Pulizija, qal li dawn huma affarijiet minuri. Fl-aħħar erba’ snin il-FAM għamlu transizzjoni għal sitwazzjoni ta’ FAM mill-aqwa fil-pajjiż. Dwar l-Avukat Ġenerali, il-Prim Ministru qal li l-Avukat Ġenerali Peter Grech kien maħtur mill-Oppożizzjoni meta kienet fil-Gvern.

Il-Prim Ministru kompla li l-Oppożizzjoni qed twaħħal fih iżda hu mhux se jwarrab mir-responsabbiltà. Dan ma kinx l-ewwel attakk gravi fuq ġurnalist għaliex fl-2006 kien hemm il-ħruq tal-bibien ta’ Daphne Caruana Galizia u ta’ Saviour Balzan iżda ħadd ma qal li l-Korp tal-Pulizija hu korrott. Saret bomba fl-2000 mad-dar tal-editur ta’ ‘l-orizzont’ Frans Girxi iżda ħadd ma qal li trid tintrefa r-responsabbiltà politika. Fl-2010 saret bomba ma’ Transport Malta fejn ħaddiem sofra feriti f’post pubbliku. Bejn l-2000 u l-2013 kien hemm 25 każ simili ta’ bombi.

Joseph Muscat semma l-Maġistrat Scerri Herrera iżda għandhom fiduċja fil-Maġistrat Veella u ddikjara li għandu fiduċja fil-membri kollha tal-ġuidkatura u fil-qorti kollha kemm hi. Dwar id-diskors tal-Prim Imħallef, il-Prim Ministru qal li hu ma jaqbilx miegħu iżda ma ħareġ bl-ebda attakk fuqu. Il-Gvern neħħa minn idejh id-dritt li jappunta lill-ġudikanti u issa kull min hu interessat li jkun ġudikant jista’ japplika u jkun skrutinizzat. Issa l-parlament se jkun involut fi skruitnju ta’ nies li jinħatru f’karigi pubbliċi.

Meta tkellem dwar l-investigazzjonijiet, il-Prim Ministru qal li l-gvern mhux se jasal għall-konklużjoni li l-qtil ta’ Caruana Galizia hu qtil politiku u kompla li din kienet konklużjoni li ssaħħan l-irjus. Il-pajjiż għaddej min toqol kbir u l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jinforma lill-Maġistrat jekk għandu xi informazzjoni.

Dwar il-kitbiet ta’ Daphne Caruan Galizia, il-Prim Ministru qal li għandu jkun hemm dibattitu dwar x’kienet se tikteb għaliex il-qtil seta’ sar biex Daphne Caruana Galizia jkollha ħalqha magħluq. Jien mg’aħndix ħjiel ta’ dan, sostna l-Prim Ministru, li espriema fiduċja li l-familja se tikkollabra. Se nagħmlu dak kollu posibbli biex is-sitwazzjoni tkun solvuta llum qabel għada għaliex dan hu każ straordinarju bla preċedent.

Dan ifisser li l-pajjiż għandu bżonn rimedji straordinarju bħall-investigaturi barranin li ġew jgħinu f’dan il-każ. Dan seħħ għaliex il-pajji m’għandux mezzi u riżorsi fosthom li jkunu identifikati l-persuni fiż-żona permezz tat-teknoloġija. L-Olandiżi huma l-esperti ewleini dwar rikostruzzjoni ta’ katavri. Hemm kuntatti ma’ pakjjiżi oħa biex jekk hemm teknoloġiji li hemm b’żonn tinġieb din għandha tinġieb. Il-Gvern m’għandux problema għal investigzzjoni internazzjonali u l-PPE għandu jgħid x’jixtieq f’dan ir-rigward.

Il-Prim Ministru sostna li l-gvern se joffri rigal sostanzjali lil min iwassal informazzjoni dwar il-mandant u min wettaq id-delitt. Il-gvern lest joffri wkoll is-salvagwardji kollha u l-protezzjoni kollha lil min jersaq ‘il quddiem bl-informazzjoni. Il-Liġi tal-Whistle Blowers diġà għal deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu. Kull min għandu informazzjoni għandu jmur għand il-maġistrat.

Hu tkellem dwar l-impatt ta’ Daphne Caruana Galizia fuqu personali u qal li Caruana Galizia kienet persuna b’pinna taqta’ daqs xafra konsistenti fl-inkonsistenzi tagħha. Ma rridx inkun falz, sostna Joseph Muscat, li kompla li hi kellha stil riċerkat u studjat għal stil ta’ zekzik li ma kien fihom gost ta’ xejn. Kont naqbel magħha fuq ħsibijiet liberali u ta’ libertajiet ċivili li jqajmu skandlu għal sitwazzjoni ta’ kitbiet b’elementi klassisti. Caruana Galizia kienet tagħmel analiżi profonda tal-persuna iżda kellha konklużjonijiet azzardati ibbażati biss fuq xniegħat. Lili u lill-Kap tal-Oppożizzjoni ikkritikatni; lili bidet tikkritikani ‘l fuq minn 20 sena ilu.

Hu qal li kellu erba’ kuntatti magħha; darbtejn bit-telefon biex titolbu l-indirizz tiegħu biex tagħmillu libell, b’korrispondenza meta ħarqulha l-bieb tad-dar u darba ltaqa’ magħha personalment. Minkejja dan, Muscat qal li kien wieħed mill-miri favorit tagħha b’doża li kompliet tiżdied sa meta sar Prim Ministru. Dan mhux dwar l-invenzjoni tal-egrant, li kienet invenzjoni. Din il-persuni bidlitli l-istil ta’ ħajja tiegħi u ta’ ħafna nies anki dwar rjen immur niekol u nsiefer. Miegħi weħlu marti, uleidi u fmailti iżda qatt tul laħħar 20 sena ma mort ngħajjarha u ngġidilha li hi biżża ġurnalista, sostna l-prim ministru, li sostna li dejjem ipprova jikkalma s-sitwazzjoni.

Il-Prim Ministru qal li minkejja dan hu iddispjaċut għal dak li ġara u sostna li s-Surġent li kiteb kummenti dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia għamel pastażata u kien sospiż. Il-libertà tal-espressjoni għandha tkun espressa bil-prattika fejn il-libell għandu jkun l-aħħar rimedju anki meta ma jkunx hmem qbil mal-persuna li tkun qed tikkritika, sostna l-Prim Ministru, li kompla li hu m’għandux provi fuq l-allegazzjonijiet fil-konfront tal-Kap tal-Oppożizzjoni.

Joseph Muscat qal li quddiem l-allegazzjonijiet serji fil-konfront tiegħu u ta’ martu mar il-qorti u talab li jkun appuntat maġistrat biex jinvestiga. Hu sostna li hu għadu tal-pożizzjoni li jekk ikun hemm dubju dwaru hu jitlaq. Il-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jmur quddiem il-maġistrat u jitlob inkjesta dwar dak li qalet Daphne Caruana Galizia, sostna l-Prim Ministru, li qal li hu mhux se jirriżenja għax se jibqa’ jmexxi lill-poplu ‘l quddiem f’dan il-mument diffiċli. Il-pajjiż għandu bżonn jingħaqad u għalhekk mhux se nwarrab, sostna l-Prim Ministru, li kompla li hu jħoss sens ta’ responsabbiltà.

Il-Prim Ministru qal li qed ikun veritier dwar l-effett ta’ Caruana Galizia fuq ħajtu personali iżda minkejja dan is-sens annimalesk ta’ ftit ilu ma jirriflettix lill-Maltin, li hu poplu aħjar minn hekk. Dwar il-protezzjoni lil Caruana Galizia, il-Prim Ministru qal li hi kellha protezzjoni f’diversi snin iżda hi ma riditx il-protezzjoni tal-pulizija għax ma kinitx tafdhom. Joseph Muscat kompla li Caruana Galizia qalet li t-theddid li kitbet dwaru Caruana Galizia kien ġej min-nies viċin il-Kap tal-Oppożizzjoni.

Dan hu attakk fuqna lkoll, sostna l-Prim Ministru, li kompla li quddiem din is-sitwazzjoni ż-żewġ naħat iridu jidhru li qed jaħdmu għal għan wieħed. Il-Gvern lest jaħdem għall-għaqda nazzjonali bla kundizzjonijiet, sostna l-Prim Ministru.