Lokali Qtil Politiku

Il-Qtil ta’ Daphne Caruana Galizia: Jitpoġġew bukketti tal-fjuri quddiem il-bini tal-Qorti

Ritratt: Luke Frendo (facebook)

Quddiem il-bini tal-Qorti, preċiżament taħt il-monument tal-Assedju l-Kbir, illum bdew jitpoġġew diversi bukketti tal-fjuri b’mod spontanju bħala rispett lejn il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Fuq il-bukketti hemm diversi messaġġi ta’ kondoljanzi ndirizzati lejn il-qraba ta’ Daphne Caruana Galizia, b’mod partikolari it-tfal tagħha.

Persuni fuq il-midja soċjali qed jappellaw in-nies biex sa tard illejla jinġabru quddiem il-Qorti u jiehdu magħhom fjuri, xemgħat u ittri.