Lokali Qtil Politiku

Illum: Manifestazzjoni ta’ solidarjetà mill-ġurnalisti Maltin wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Għada l-Ħamis f'nofsinhar quddiem il-parlament

Il-ġurnalisti Maltin illum se jingħaqdu flimkien biex juru soldiarjetà mal-familja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u biex isemmgħu leħinhom kontra l-vjolenza fuq il-ġurnalisti.

L-attività, li saret fuq inizjattiva ta’ numru ta’ ġurnalisti lokali, se ssir quddiem il-Parlament fil-Belt u tibda f’nofsinhar.

Għall-attività huma mistiedna l-ġurnalisti kollha mill-kmamar kollha tal-aħbarijiet flimkien ma’ preżentaturi u personalitjaiet oħra mill-media lokali. Fl-attività l-ġurnalisti Maltin se jwasslu wkoll messaġġ qawwi kontra l-aggressjoni fuq il-ġurnalisti u se jappellaw għall-ġustizzja.

Din l-attività mill-ġurnalisti Malitn se tkompli tkabbar il-kuxjenza nazzjonali dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Sa minn wara l-qtil ta’ Caruana Galizia, fifl-pajjiż kienu organizzati żewġ attivitajiet ta’ solidarjetà u protesta f’San Ġiljan u fil-Belt. Għal dawn l-attivitajiet attendew mijiet ta’ nies.