Lokali

FILMAT: L-istudenti u lecturers tal-Università ta’ Malta b’messaġġ li mhux se jiġu msikkta

L-istudenti u lecturers tal-Università ta’ Malta waqfu għal minuta silenzju b’tifkira tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li nqatlet it-Tnejn li għadda.

Il-President tal-Kunsill Studenti Universitarji, Robert Napier, fisser il-ġabra ta’ studenti fl-Università bħala messaġġ li ħadd u xejn mhu se jwaqqafhom milli jkunu liberi, magħquda biex jipproteġu l-libertà tal-ħsieb u tal-istampa.

Din kienet biss l-iktar velja ricenti li saret fl-ahhar sigħat wara l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia fosthom dawk li seħħew f’Tas-Sliema, quddiem il-Qorti u quddiem Kastilja.