Il-klabb tal-Waterpolo ta’ Marsaxlokk jinsab għaddej bil-preparazzjoni tiegħu għall-istaġun li ġej, hekk kif ħabbar li għas-sentejn li ġejjin, se jkollhom lil Browns Pharmacy bħala l-isponsors prinċipali tagħhom.
Il-President tal-klabb Victor Fenech irringrazzja lill-Browns Pharmacy u qal li l-klabb qed jippjana biex minbarra li jirbaħ il-kampjonat, Marsaxlokk jissieltu biex jilagħbu fil-Kampjonat Premier. Il-Kap Eżekuttiv ta’ Browns Pharmacy Tiziani Ceci awgurat kull suċċess lill-klabb.
Fenech kompla jgħid li qed jippjanaw li jkollhom il-plejers fl-iskwadra li jkunu tal-klabb u mhux joqogħdu jisselfu plejers minn klabbs oħra. Hu qal ukoll li qed jaħdmu fuq plejer barrani li sa issa għadu qatt ma lagħab f’pajjiżna. L-akkwisti tal-klabb huma l-gowlkiper Ryan Coleiro, Matthew Pace, Clyde Bonello, Sean Gravina flimkien mat-Team Manager Joseph Cremona.
//= $special ?>