Rafael Nadal irtira minn tournament indoor Żvizzeru f’Basel biex iserraħ l-irkoppa leminija. L-Ispanjol libes it-tape fit-telfa li kellu kontra Roger Federer fil-Masters ta’ Shanghai ġimgħa ilu imma ddeċieda fuq ordni tat-tabib li jirtira mit-tournament tal-ġimgħa d-dieħla.
In-numru wieħed fid-dinja kiteb fuq facebook li wara ġimagħtejn tajbin fiċ-Ċina, bit-titlu f’Beijing u l-finali f’Shanghai, wasal iż-żmien li jistrieħ ftit.
“Irrid nibgħat messaġġ speċjali lil diversi partitarji tat-tennis fl-Iżvizzera, li dejjem wera sapport kbir u rrispetta wkoll il-logħbiet li kellu ma’ Federer. Hu qal li jittama li jkun fl-Iżvizzera s-sena d-dieħla.
L-Ispanjol kellu problemi bl-irkoppa għal ħafna mill-karriera tiegħu, u din id-deċiżjoni tista’ twassal biex Federer itemm is-sena bħala s-sid numru wieħed fid-dinja.
Nadal jinsab biss 2,000 punt qabel Federer fir-rankings mondjali, u fit-tournament ta’ Basel, il-Masters ta’ Pariġi u l-finali tal-ATP hemm 3,000 punt għad-dispożizzjoni. L-avveniment skedat li jmiss ikun il-Masters ta’ Pariġi li jibda fit-30 ta’ Ottubru.
//= $special ?>