In-Nazzjon jirrapporta fid-dettall id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li fil-Parlament iddikjara li l-Prim Ministru Joseph Muscat għandu jerfa’ r-responsabbiltà politika għall-qtil tal-ġurnalista u jirriżenja mill-kariga tiegħu
L-istejjer tal-ġurnal In-Nazzjon jibqgħu dominati bl-iżviluppi dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia bl-aħbar li l-bomba li qatlet lill-ġurnalista nħadmet bl-isplussiv Semtex, li hu splussiv militari..
Aħbarijiet oħra jittrattaw reazzjonijiet kemm f’pajjiżna kif ukoll fil-media internazzjonali għall-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Fil-paġni tal-opinjonijiet insibu l-analiżi ta’ David Casa u Martin Camilleri b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, u analiżi oħra ta’ Justin Schembri dwar l-eżamijiet tas-SEC.
//= $special ?>