Lokali

Is-Civil Society Network iħabbar protesta nazzjonali għall-Ħadd li ġej

‘ĠUSTIZZJA’ – Din se tkun it-tema ta’ protesta nazzjonali li tħabbret ftit tal-ħin ilu mis-Civil Societ Network u li se ssir nhar il-Ħadd li ġej.

L-għan ta’ din il-protesta nazzjonali hu li tintalab ġustizzja wara l-qtil brutali tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u tibda fl-16:00 mid-daħla tal-Belt Valletta, qrib il-Parlament.

Għal din il-protesta, li għaliha hu mistieden il-pubbliku, kif ukoll l-NGOs lokali kollha, l-organizzazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-soċjetà ċivili u l-partiti politiċi, qed jintalab li dawk li jattendu jieħdu magħhom bnadar ta’ pajjiżna.