Malti qed isofri feriti gravi wara argument li seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-7.50am fi Triq il-Barrieri fiż-Żurrieq.
Il-Pulizija fi stqarrija qalet li l-vittma kien involut fl-argument ma’ raġel ta’ 67 sena minn Ħal Kirkop. Mhux magħruf x’wassal għal dan l-argument, hekk kif il-vittma ttieħed l-Isptar għall-kura.
Il-Malti ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn kien iċċertifikat li qed isofri feriti gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dawn iż-żewġ każijiet għadhom għaddejjin.
//= $special ?>