Lokali

FILMAT: Inawgurata borehole tal-ilma fi skola privata f’Raħal Ġdid

Fl-iskola Mater Boni Consilii-St Joseph ta’ Rahal Gdid gie inawgurat progett ambjentali ta’ istallazzjoni u twahhil ta’ borehole tal-ilma li bis-sahha tieghu ilma tax-xita jingabar u jmur fil-watertable ghall-uzu tal-kommunita’.

Dan hu l-ewwel progett tat-tip tieghu li sar fi skola tal-knisja u kien possibli grazzi ghall-kuntatti li saru fl-ahhar xhur bejn Dr Kenneth Vella, kap tal-iskola u s-Sur Glenn Bugeja f’isem il-bank HSBC. Il-ko-ordinazzjoni tal-progett kienet f’idejn l-inginier Marco Cremona ta’ Sustech Consulting.

F’kelmtejn tal-okkazjoni il-kap tal-iskola, Dr Kenneth Vella filwaqt li rringrazzja lill-bank HSBC tal-appogg kontinwu lejn l-iskola sahaq li dan il-progett jikkumplimenta progetti ohrajn li saru fl-ahhar snin fl-istess skola, fosthom, l-istallazzjoni ta’ tinda li bis-sahha taghha jista jsir uzu tal-bitha tal-iskola f’kull tip ta’ temp, l-istallazzjoni ta’ hamsin pannella solari biex l-iskola tiffranka fuq il-kontijiet tal-energija u l-istallazzjoni ta’ sistema ta’ arja kundizzjonata fil-klassijiet kollha tal-iskola. Dan l-ahhar progett mistenni jkun finalizzat f’Jannar li gej. Kenneth Vella qal li bhala skola naghmlu l-almu taghna biex naghtu lill-istudenti taghna edukazzjoni shiha u nklussiva.

Matul l-istess cerimonja saru wkoll diskorsi mill-Inginier Marco Cremona li ta dettalji dwar ix-xoghol li kien jinvolvi l-progett.