Lokali Parlament

Il-gvern daħħal il-lifgħa f’ħobbu bi ftehim ma’ reġimi…Daphne nqatlet minn kriminali tal-ħażen

Marlene Farrugia

– Marlene Farrugia, PD

Id-deputat tal-PD Marlene Farrugia kkritikat lill-Prim Ministru li għamel diversi ftehim ma’ reġimi li jaħdmu b’mod iswed u sostniet i l-ġurnalista Daphne Caruna Glizia nqatlet porpju min-nies krirminali tal-ħażen.

Fil-Parlament Marlene Farrugia qalet li hekk kif ilpup lokali u barranin xammew li issa se jkun gvern Laburista b’saħħtu madwar Joseph Muscat, dawn daħlu fil-PL. Kienu jsiru laqgħat fir-raba’ sular tal-Kwartier Laburista anki dwar l-enerġija iżda hi qatt ma kienet involuta fihom minkejja li hi kienet il-kelliem dwar is-settur. Dan għaliex dak li kien qed jintqal ma kien tajjeb għal widnejn Marlene Farrugia għaliex kienu se jittieħdu deċiżjonijiet li ma kinux fl-interess tal-poplu. Dawk li jmexxu l-PL illum m’għandhomx l-interess tal-pajjiż u tal-poplu.

Marlene Farrughia semmiet il-power station u qalet li l-Electrogas talbet lill-gvern biex jagħmillha garanzija ta’ €360 miljun biex tagħmel il-power station u rabtet lill-gvern biex għal 18-il sena jixtri mingħandha. Dan meta taf li hemm interconnector, li l-BWSC inbiegħet; kif inbigħ terz tal-Enemalta.

Marlene Farrugia qalet li dan sar taħt il-Ministru Konrad Mizzi li ftit wara li ħa l-pożizzjoni tiegħu hu u ċ-Chief Of Staff tal-Prim Ministru fetħu kumpaniji fil-Panama. Hi semmiet l-Ażerbaġjan u ċ-Ċina u qalet li kulħadd jaf x’jiġri mill-ġurnalisti f’dawn il-pajjiżi meta l-ġurnalisti jipprovaw jitkellmu.

Hemm tendenzi komuni fejn il-ġurnalisti jkunu attakkati kemm bħal Daphne kif ukoll b’mod psikoloġiku. Il-gvern Malti miexi lambranzetta ma’ dawn il-gvernijiet fejn qed jittieħdu deċiżjonijiet li ma jgħmlu l-ebda sens. F’dan is-settur partikolari l-gvern biegħ l-assi tal-poplu b’kuntratti mmarkati bl-iswed. Il-gvern Malti daħħal lifgħa ġo ħobbu għaliex daħħal reġimi fejn ma jixraqx li Malta tkun spalla ma spalla magħhom.

Caruana Galizia inqatlet għax kixfet rabtiet ma’ dawn il-kriminali tal-ħażen, li l-profitt tagħhom iġibuh mill-jasar tan-nisa, tfal u tan-nies. Dawn huma kriminali b’saħħithom. Il-Gvern ta’ Muscat ittradixxa lill-poplu meta ħalla lil min isir ġurnata. Min jaf għad irid joħroġ!

Caruana Galizia kienet niggieża u qalet li hi se tkompli fejn ħalliet Daphne. Dan il-gvern ittradixxa l-governabbiltà nadifa u kif tela’ fil-gvern beda jħott il-qafas taċ-Ċivil mhux biss billi neħħa s-segretarji permanenti iżda b’aktar azzjonijiet. Muscat ttradiena fuq il-meritokrazija, fuq il-governabbiltà u billi ġurnalista li kienet qed tagħmel xogħol imprezzabbli ma kinitx protetta mill-gvern tiegħu. Il-Gvern hu responabbli mill-qtil politiku ta’ Daphne li naqas li jipproteġiha anki billi l-gvern kisser l-istituzzjonijiet kollha li setgħu pproteġew lil Daphne.

Il-Prim Ministru għandu tattika iżda jqabad lil min idaħallek l-istallet ġo darhek għaliex qatt ma kienet li fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru jkun hemm uffiċċju apposta biex ikasbar lin-nies. Joseph Muscat kellu uffiċċju biex ikasbar lil Daphne, lilha u lil kull min jitkellem kif isir fi stat totalitarju.

Hemm gruppi ta’ nies f’kull ministeru li flok jaħdmu għan-nies qed jattakkaw. Joseph Muscat u l-klikka korrotta tiegħu u r-reġimi li daħħal f’ħobbu huma responsabbli kif ukoll dawk min-naħa tal-Oppożizzjoni li jaħdmu miegħu u li attakkaw lil Daphne Il-poplu għandu jitlob ġustizzja. Issa daqshekk!, sostniet Marlene Farrugia.