Lokali Parlament

Il-PN determinat li jibqa’ jitkellem favur is-sewwa

– David Agius, PN

Id-deputat Nazzjonalista David Agius qal li wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, l-Oppożizzjoni saħħet id-determinazzjoni li tkompli titkellem favur is-sewwa.

Fil-parlament David Agius qal li dan l-att barbaru ġab l-attenzjoni tal-media internazzjonali u anki tal-Parlament Ewropew. Il-budget hu rrilevanti fejn il-pajjiż irid jitkellem fuq dak li ġara. Hu semma l-avveniment tal-vjolenza politika li sseħħet fil-passat fil-pajjiż u qal li ħsibna li dan kollu kien spiċċa.

Ħdimna biex dħalna fl-UE u nkunu pajjiż normali iżda llum qed infakkru Tejn Iswed ieħor bil-qtil politiku ta’ Daphne Carauna Galizia. Dan iġib sentiment ta’ rabja. Ħdimna biex ikollna ġurnaliżmu ħieles fil-pajjiż iżda l-qtil ta’ Daphne hu daqqa ta’ ħarta għall-ġurnaliżmu ħieles. Ir-rabja għandha tinbidel f’determinzzjoni.

David Agius kompla li Daphne kellha kull dritt li tikkritika dwar l-iskandli tal-korruzzjoni għalkemm hemm ukoll ir-rimedji li l-persuni jistgħu jieħdu. Hawn bidu tal-kollass tas-saltna tad-dritt li ma ġratx b’kumbinazzjoni. it-telfien tal-valuri ilhom ġejjin, f’okkażjonijiet wara xulxin.

Kulħadd irid jifhem li dan mhu mumnet normali iżda mument diffiċli għal kulħadd. Malta qatt ma kellha f’dan il-punt fejn l-istituzzjonijiet pubbliċi ġew imdgħajifn u mnawrin riżultat ta’ deċiżjonijiet wara xulxin. Għalhekk hawn bżonn istituzzjonijiet serji fil-Korp tal-Pulizja, FAM u Avukat Ġenerali b’saħħithom fejn kulħadd jitħalla jagħmel xogħlu.

David Agius kompla li t-tifel ta’ Daphne iddikjara li l-familja mhix interessata f’ġustizzja mingħajr bidla. Il-flus jew ir-rigali għal min jagħti informazzjoni ma jagħtux soluzzjonijiet. Il-ġustizzja trid iġġib magħha l-bidla. Il-familja Galizia Caruana ddikjarat li l-gvern hu interessat biss mir-reputazzjoni li joħroġ lilu nnifsu minn din is-sitwazzjoni.

Il-Gvern u l-Pulizija li naqas lil Daphne tul ħajjitha jerġa’ jonqosha fil-mewt tagħha, sostna t-tifel ta’ Daphne Caruana Galizia. Il-familja ta’ Caruana Galizia appellat lill-Prim Ministru biex jirriżenja għaliex falla li jiggaranixxi d-drittijiet tagħhom u għax inħolqot soċjetà dominata bil-biża’ u għax ipprova jkisser lil Daphne finanzjarjamnet u nissel biża’.

David Agius kompla li l-Prim Ministru naqas li jiggarantixxi d-drittijiet fundamentali tal-bniedem, li jżomm ‘l bogħod il-korruzzjoni, li pprova jweġġa’ lil Daphne finanzjarmanet, li jiggarantixxi s-serenità fis-soċjetà u li jattakka lil Daphne Caruana Galizia. Il-familja Caruana Galizia qed tappella lill-Gvern biex ineħħi lill-Kummissarju tal-Puliizja u fl-Avukat Ġenerali u minflokhom jitppoġġew persuni bi qbil bejn iż-żewġ naħat. Jekk iseħħ dan ma jkunx hemm bżonn rigal ta’ €1 miljun u Daphne ma tkunx mietet għalxejn għaliex id-drittijiet fundamentali.

David Agius qal li Gvern Nazzjonalista kien baqa’ joffri protezzjoni lil Daphne anki jekk hi ma riditx protezzjoni. Il-pajjiż għandu jagħti protezzjoni lil kull min fil-periklu. L-Oppożizzjoni qed tistenna li jitneħħew il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali. Hu qal li hwn każi kbar ta’ traffikar ta’ nies li minħabba ċertu oqsma mhux qed jitħallew jitmexxew. Hawn nies fil-pulizija li mhux jitħallew jagħmlu xogħlhom. Hawn min qed jipprova jwaqqaf dawn il-każi.

L-Oppożizzjoni determinata li tibqa’ titkellem sakemm issir il-bidla. Nemmen fir-rispett lejn xulxin, b’imħabba u kuraġġ lejn xulxin.

David Agius saħaq fuq l-imprtoanza li jkun hemm qbil fil-parlament dwar il-ħatra ta’ persuni f’karigi fundamentali fosthom il-Kap Kmandnat tal-FAM, tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali. Dan filwaqt li jkun hemm PM question time fil-parlament. Din hi l-ewwel dabra li nqatlet persuna f’Malta, sostna David Agius, li kompla li l-Oppożizzjoni se tivvota kontra għaliex hi kontra l-fatt li l-Prim Ministru ma refax ir-responsabbiltà politika u ħax l-azzjonijiet meħtieġa.