Manuel Cuschieri, eks-president tal-Partit Laburista u preżentatur ewlieni fuq ir-radju tal-Partit Laburista jattakka l-arċisqof Charles Scicluna għaliex l-Arċisqof ta’ Malta qal li min qatel lil Daphne Caruana Galizia huwa korrott.
Manuel Cuschieri attakka lill-arċisqof u sfidah biex jghid min hu l-korrott. Minflok kkundanna Cuschieri fl-istatus fuq facebook idawwar l-attakk tiegħu fuq il-knisja b’sensiela ta’ allegazzjonijiet fil-konfront tal-arċisqof.
Dan hu esponent ieħor tal-Partit Laburista li fl-aħħar jiem tkellem b’mod kontroversjali dwar dan il-qtil politiku u attakka lil min ikkundanna dan il-qtil barbaru.
//= $special ?>