Lokali

In-Nazzjon 19.10.2017

It-titlu ewlieni tal-ġurnal In-Nazzjon: ‘Il-Prim Ministru ma jridx li tintrefa’ r-responsabbiltà politika’ jirreferi għad-dikjarazzjoni li għamel ilbieraħ filgħaxija l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia f’kummenti b’reazzjoni għad-diskors li għamel fil-Parlament il-Prim Ministru Joseph Muscat.

Storja oħra fl-ewwel paġna tagħti l-aħbar tal-manifestazzjoni ta solidarjetà mill-ġurnalisti li se tiġi organizzata llum fil-Belt b’memorja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u biex issemmgħu leħinhom kontra l-vjolenza fuq il-ġurnalisti. In-Nazzjon ikompli janalizza l-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin fuq ix-xena tad-delitt fil-Bidnija hekk kif il-pulizija mgħejjuna minn esperti barranin għadhom jiġbru aktar evidenzi b’rabta mal-isplużjoni tal-bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia nhar it-Tnejn li għadda. Fil-paġni tal-opinjonijiet insibu l-analiżi ta’ Angelo Micallef u ta’ Antonello Cuschieri li lkoll jagħmlu l-analiżi tagħhom dwar dan il-qtil politiku.