Grupp ta’ żgħażagħ il-Ħamis wara nofsinhar wettqu protesta spontanja, sempliċi imma b’saħħitha, quddiem il-bini ta’ Kastilja.
Il-grupp ta’ żgħażagħ, b’wiċċhom mgħotti b’maskra, daħlu fi Pjazza Kastilja u poġġew bilqegħda fuq it-taraġ ta’ dan il-bini importanti għal pajjiżna b’diversi messaġġi fejn jistaqsu fejn hu l-Kummissarju tal-Pulizija, jitolbu ġustizzja u jwissu li l-ebda att ta’ vjolenza mhu se jagħlqilhom ħalqhom.
Warajhom, żewġ żgħażagħ oħra wkoll telgħu t-taraġ ta’ Kastilja u poġġew messaġġ ieħor kif ukoll warda mal-bieb ta’ Kastilja. Madankollu dawn tneħħew immedjatament minn uffiċjal tal-Pulizija.
//= $special ?>

