Lokali

Raġel isofri ġrieħi gravi f’argument f’San Pawl il-Baħar

Raġel Eritrean ta’ 45 sena weġġa’ gravi wara li kmieni dalgħodu kien involut f’argument bejn xi persuni oħra.

L-argument seħħ għall-ħabta tal-5a.m. Ir-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.