Lokali

Taljan arrestat f’Malta wara mandat t’arrest mill-Interpol

Taljan maħrub minn pajjiżu ġie arrestat f’Marsaskala iktar kmieni dalgħodu wara investigazzjoni mill-Pulizija ta’ Bergamo, il-Pulizija lokali u l-kollaborazzjoni tal-Interpol.

Ir-raġel, oriġinarjament minn Finale Ligure fl-Italja, għandu 45 sena u kellu jiskonta sentenza ta’ ħames snin u ħdax-il xahar għal akkużi ta’ vjolenza sesswali, trattament ħażin lil membri tal-familja tiegħu kif ukoll theddid.

Iżda minkejja s-sentenza fil-konfront tiegħu, it-Taljan għeb mill-pajjiż u kien hemm bżonn jinħareġ mandat t’arrest Ewropew sakemm finalment ġie arrestat f’pajjiżna.

Ir-raġel qed jinżamm arrestat fil-ħabs ta’ Kordin, sakemm eventwalment jiġi estradit lejn l-Italja.