“Meta nikkompromettu l-valuri u l-prinċipji tagħna naqgħu fir-riskju li nitilfu kollox, saħansitra dak l-aktar li ngħożżu.” Dan kien il-ħsieb tal-Perit Toni Bezzina, kandidat għall-kariga ta’ Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit meta mitlub jikkumenta dwar is-sitwazzjoni kurrenti fil-pajjiż.
Toni Bezzina kompla biex jgħid li Malta għanda bżonn għal darb’ oħra l-Partit Nazzjonalista biex ikun it-tarka tal-libertà, tad-dittijjiet bażiċi u tal-ħarsien tad-dittijiet fundamentali taċ-ċittadini kollha.
“Dawn il-mumenti jitolbu l-għaqal u l-kuraġġ biex f’Malta terġa tirrenja s-saltna tad-dritt u biex isseħħ il-ġustizzja. L-għajta tan-nies hija din, u l-Partit Nazzjonalisa jrid jara li sseħħ il-ġustizzja u li din tidher li tkun qed isseħħ.”
Toni Bezzina kompla jgħid li bħala Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit irid jara li fil-Partit jissaħħu l-istrutturi kollha ta’ komunikazzjoni fost l-amministrazzjoni, l-eżekuttiv, il-fergħat, il-kumitati sezzjonali u mat-tesserati kollha. B’hekk il-messaġġ tal-Partit jassal għand il-poplu kollu.” Bezzina kompla jgħid li l-messaġġ ried ikun ċar u qawwi: Il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern biss jista’ jiggarantixxi għixien trankwill, ġust u liberu għall-poplu kollu.
Is-sitwazzjoni preżenti ta’ pajjizna hija wahda prekarja, fejn qed naraw il-kollass tal-livelli kollha tal-istat. Dan hu riżultat ta’ deċiżjonijiet ħżiena ta’ Gvern Laburista li warrab il-valuri tas-sewwa minn kull deċiżjoni politika li ha tul dawn l-aħħar ħames snin.
Il-Perit Toni Bezzina saħaq li hu lest jidħol għal din l-isfida f’mument diffiċli għall-pajjiż, li għadu qed jipprova jifhem il-gravità tas-sitwazzjonijiet li wasslu għall-assassinazzjoni ta’ ġurnalista indipendenti. Il-Partit Nazzjonalista ser ikollu jkompli jiġġieled il-ġlieda għad-demokrazzija u għal-libertà tal-espressjoni. “Din mhix ġlieda li tintrebaħ darba, iżda hija ġlieda dejjiema li qatt ma tista’ tittieħed bħala mirbuħa” temm jgħid Toni Bezzina.
//= $special ?>

