Id-deputat Laburista Edwrrd Zammit Lewis qal li l-istituzzjonijiet qed jaħdmu fil-pajjiż u appella li l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ma jkunx politiċizzat.
Fil-parlament Zaammit Lewis qal li hu banali li r-responsabbiltà tintefa’ fuq l-Avukat Ġenerali, li hu bniedm serju u onest fix-xogħol tiegħu.
Edward Zammit Lewis qal li hu xxukkjat b’dak li ġara iżda din hi okkażjoni ta’ għaqda fil-pajjiż u mhux li l-Oppożizzjoni tieħu vantaġġ politiku. Dan hu mument importanti fejn il-media internazzjonali hi ffukata fuq Malta.
Id-deputat Laburista Aron Farrugia qal li l-poplu jistenna serħan il-moħħ fis-sigurtà fil-pajjiż. Dan hu mument diffiċli għall-pajjiż fil-kundanna għall-qtil makabru fuq ġurnalista li kienet tirrappreżenta r-raba’ pilastru tal-pajjiż.
Dan hu attakk fuq il-valuri li jsawruna. Dan hu pajjiż li kull turist jiħu gost jiġi fih u għalhekk hu ta’ dispjaċir li isem l-istuzzjonijiet qed jittappnu. Dan hu mument straordinarju u kburi bil-miżuri straordinarji li l-Prim Ministru ħa, sostna d-Deputat Laburista.
//= $special ?>