Lokali

Stephanie Rapa, spiżjara ta’ 30 sena, hija l-vittma tal-inċident tat-traffiku fil-Gżira

AĠĠORNATA: Stephanie Rapa, spiżjara ta’ 30 sena miż-Żurrieq hija l-vittma tal-inċident tat-traffiku li seħħ il-Ħamis filgħaxija fil-Gżira wara li ttajret minn karozza.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija fix-Xatt tal-Gżira meta l-vittma kienet qed taqsam it-triq għal xi raġuni karozza sportiva laqtgħet lill-vittma.

Fuq il-post issejħet minnufih l-assistenza tal-Pulizija kif ukoll tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-mara l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, madanakollu, sfortunatament il-mara tilfet il-battalja mal-mewt.

Filwaqt li t-triq ingħalqet għal xi ħin għat-traffiku, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.