Id-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Toni Bezzina fi stqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista qal li fil-kawża tal-appell għal-libell, il-Qorti ma laqgħetx it-talba li kont ressaqt is-sena li għaddiet peress li dehrilha li l-artiklu in kwistjoni kien ta’ interess pubbliku.
B’hekk issa l-istess Qorti tal-Appell ppreseduta mill-istess Imħallef ddeċidiet żewġ kawżi separati dwar l-istess każ. Fl-ewwel kawża, sostna Toni Bezzina, l-istess Qorti kkonfermat li f’artiklu minnhom, il-Partit Laburista gideb fuqi.
Toni Bezzina sostna, kuntrarjament għal ħaddieħor, jien nirrispetta d-deċiżjonijiet tal-Qorti.
L-inkjesta interna li kienet saret dwar il-każ kienet ikkonfermat li ebda ħaddiem ma kien għamel xogħol fil-ħinijiet tax-xogħol, kif ukoll li kont jien li ħallast minn buti għall-materjal. Dawn il-fatti ma ġew miċħuda mill-ebda Qorti.
//= $special ?>

