F’Mardid bħalissa hemm tħassib serju dwar id-drittijiet televiżivi marbuta ma’ partiti fil-Kampjonat Spanjol. Javier Tebas, President ta’ La Liga qal li hemm dewmien biex jinħareġ it-tender għad-drittijiet internazzjonali għat-televiżjoni.
Id-dewmien hu dovut minħabba l-kriżi fil-Katalunja wara r-referendum tal-1 ta’ Ottubru.
Tebas ikkummenta li xejn mhu deċiż jekk Barcelona u timijiet oħra mill-Katalunja jibqgħux f’La Liga jew le. Minħabba dan il-ħruġ tat-tender ser jittardja b’ġimgħatejn.
Ix-xandir tal-partiti ta’ La Liga mhux biss hu marbut mal-Ewropa iżda wkoll f’bosta pajjiżi fl-Asja fosthom l-Indja u Singapore. Bejn l-2016 u l-2019 id-dħul mid-drittijiet televiżivi għal La Ligi kien ta’ 1.6 biljun ewro għal kull staġun, liema ammont jonqos drastikament jekk Barcelona ma jibqgħux f’La Liga u wisq aktar jekk ma tibqax il-partita klassika bejn l-istess Barcelona u Real Madrid.
Akkużat b’evażjoni tat-taxxa
Marcelo ta’ Real Madrid qed jiġi akkużat mill-awtoritajiet Spanjoli b’evażjoni tat-taxxa li jammonta għal madwar €490,000.
Skond il-prosekutur pubbliku ta’ Madrid l-irregolaritá tikkonċerna kumpaniji barranin li kienu jieħdu ħsieb id-drittijiet tal-immaġini tal-plejer. Il-plejer Brażiljan ta’ 29 sena għadu ma kkummentax dwar dan il-każ.
Marcelo huwa l-aħħar minn sensiela ta’ plejers li qed jiġu nvestiġati mill-awtoritajiet tat-taxxa Spanjoli.
Skond il-prosekutur, id-difensur Brażiljan li ngħaqad ma’ Real Madrid fl-2007 uża l-istruttura tat-taxxa biex jibbenefika mis-sistema fiskali b’mod illegali.
//= $special ?>