– Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Affraijiet tal-Parlament Mario de Marco
Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Affarijiet tal-Parlament Mario de Marco qal li fil-pajjiż bħalissa l-persuni kriminali u vjolenti jaħsbu li jistgħu jaħdmu kif iridu u bla problemi fil-pajjiż.
Fil-Parlament Mario de Marco qal li l-uniku sodisfazzjon li kellha l-familja ta’ Raymond Caruana wara l-mewt tiegħu kienet li l-qtil kien il-katalist biex twettqet il-bidla fil-pajjiż fl-1987; liema bidla ħabet magħha normalità ta’ pajjiż li kien jgħix fin-normalità sħiħa. Wara dak li seħħ fil-qtil ta’ Caruana Galizia, il-mistoqsija hi; jiġifieri Raymond miet għalxejn? Donnu l-pajjiż reġa’ tilef dak kollu li l-pajjiż bata’ għalih.
Mario de Marco qal li n-nies qed jistaqsu kif il-pajjiż wasal s’hawn bħala pajjiż demokratiku u Ewropew fejn il-Prim Imħallef irrimarka li l-qrati ma jistgħux jiddefendu s-saltna tad-dritt għaliex il-pulizja u l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali mhux qed jagħmlu xogħlhom. Malta illum spiċċat wieħed mill-iżjed pajjiżi fid-dinja li fih isiru bombi mal-karozzi. Il-pajjiż illum spiċċa assoċjat ma’ stat mafjuż u ma’ dittatorjat.
Malta llum qalbet kollox ta’ taħt fuq fejn dak li hu sewwa sar ħażin u l-ħażin sar sewwa. Daphne Carauna Galizia kienet ilha ssaqsi dawn il-mistoqsijiet bil-qawwa tal-pinna tagħha. Il-mistqosijiet li kienet qed tagħmel Daphne ma waslux għal azzjoni mill-pulizija, sostna Mario de Marco, li kompla li l-pajjiż daħal f’ċiklu ikrah.
Mario de Marco qal li Daphne Caruana Galizia kienet wake up call għal dak kollu li kien qed iseħħ fil-pajjiż. Il-qtil tagħha għandu jkun l-ikbar wake up call għal kul min għadu ma qamx għar-realtajiet kollox li l-pajjiż qed jgħix fihom. Wake-up call għall-politiċi, għall-istituzzjonijiet, għall-ġurnalisti u għal kull ċittadin li għandu jirrealizza li jekk verament irridu li l-affarijiet jinbidlu kulaħdd iridu jiddpendi fuqu nnifsu.
Mario de Marco semma l-Korp tal-Pulizija u qal li ħafna uffiċjali jridu jagħmlu xogħlhom u jixirqilhom ir-rispett taċ-ċittadin iżda l-Korp tilef il-fiduċja tal-poplu għall-mod kif inhu mmexxi. Dwar il-protezzjoni lil Daphne, Mario de Marco qal li l-Prim Ministru iddefenda lilu nnifsu bl-aħjar kundanna għall-Prim Ministru u għall-Gvern li hu mmexxi mill-Prim Ministru. Daphne Caruana Galizia ma kellhix fiduċja fil-Korp tal-pulizija biex jiddefenduha. Il-fiduċja tal-Korp tal-Pulizija niżlet fil-qigħ. Dan mhux qed tgħidu l-Oppożizzjoni biss.
Hu qal li l-kriminalità organizzata tħalliet topera bla rażan fejn f’sentejn kien hawn sentejn ta’ karozzi bombi; l-ogħla ammont f’kull pajjiż.
Il-poplu tilef il-fiduċja fil-Korp tal-Pulizija minħabba li r-rapporti tal-FIAU ingħataw il-ġenb, minħabba li l-Korp kellu ħames kummissarji f’ħames snin, minħabba li l-Kummissarju iktar moħħu jiddefendi lill-gvern flok jiddefendi l-poplu u minħabba laqgħat bil-lejl f’Għawdex li fihom ikunu involuti ministri biex wara inbidlu l-akkużi fil-konfront ta’ persuni, minħabba li l-pulizija ma nvestigatx l-Panama Bank u minħabba li ħallew l-għasfur jaħrab qabel ħadu azzjoni fil-Pilatus Bank. Dan hu l-kroll tal-istituzzjonijiet li suppost qegħdin hemm biex iħarsu liċ-ċittadini.
Mario de Marco qal li dan hu l-istat li l-Prim Ministru ħa fih lill-pajjiż. Il-qerda tal-istituzzjonijiet saret bi pjan li fih il-gvern ikollu taħt idejh l-istituzzjonijiet flok iħallihom jimxu b’mod awtonomu. Il-pajjiż qed jgħix realtà kerha li bdiet ħafna qabel il-qtil ta’ Daphne. Din bdiet meta l-pajjiż qed jersaq ‘l bogħod mill-valuri tas-sewwa fil-pajjiż. Neħħejna l-allat kollha u żammejna biss l-alla tal-flus. Kollox sar aċċettabbli u permessibbli basta r-rota tibqa’ ddur.
Malta qed tkun deskritta minn gazzetti barranin bħala stat immexxi minn kriminalità organizzata. Il-pajjiż ma jistax iħares lejn il-futur meta l-pajjiż qed jikkrolla. Nhar it-Tnejn kienet l-agħar ġurnata għall-politiċi fejn il-mistoqsija kienet: x’seta’ jsir iktar minn ma jseħħx il-każ tal-bomba mal-karozza ta’ Caruana Galizia?
L-istituzzjonijiet qed jiddefendu lill-Prim Ministru u l-Prim Ministru jiddefendi lilhom. L-estabilshment mhux qed jaħdem fl-interess taċ-ċittadin u fl-interess tal-poplu iżda qiegħed hemm biex wieħed jieħu ħsieb lill-ieħor.
Mario de Marco qal li għandu jinbeda l-proċess biex il-fiduċja fil-Pulizija, fil-avukati li jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u fil-FAM terġa’ tinebna. Fir-realtà l-pajjiż tmermer minn ġewwa fejn is-soċjetà tilfet il-valuri. Il-pajjiż għandu għażla jekk jibqax f’din it-triq jew ibiddel ir-rotta.
Il-bidu jrid ikun bl-edukazzjoni tat-tfal, sostna Mario de Marco, li appella biex jitneħħew il-Kummissarju u l-Avukat Ġenerali, li ma waqafx lill-Gvern kif kellu dmir jeqaf lill-Gvern skont il-Kostituzzjoni. Minflokhom għandhom jitpoġġew persuni li jkollhom il-fiduċja tal-Parlament.
Il-gvern żarma kull forma ta’ kontroll inkluż it-tneħħija tas-segretarji parlamentari u diversi uffiċjali mill-FAM. Jeħtieġ distinjoni bejn il-poplu u l-amministrazzjoni. Fil-pajjiż bħalissa l-persuni kriminali u vjolenza jaħsbu li jistgħu jaħdmu kif iridu u bla problemi.
Hu rrifera għal dak li qal il-Ministru Evarist Bratolo dwar min kellu interess jagħmel dan id-delitt u sostna li dan il-kliem jirredikola dak li ġara. Għal ħafna Maltin din il-bomba kienet qisu xejn m’hu xejn. Fil-media barranija hemm kundanna totali għal dak li seħħ f’Malta.
Il-Viċi-Kap tal-PN Mario de marco semma l-ġurnalisti u sostna li l-fmailji tal-ġurnalisti jħossuhom inkwetati u jkun ta’ għajb jekk din il-bomba tfisser ukoll it-telfa tal-ġurnaliżmu ħieles. Hu qal li ma jemminx f’ġurnalisti newtrali għaliex il-ġurnalisti għandi jkollhom prinċipji li jiggwidawhom. Jeħtieġ li jittrawmu iktar ġurnalisti li jkunu kapaċi jneħħu l-irbit mil-karrijiet politiċi.
Fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali hemm ħafna li jrid isir, sostna Mario de Marco li appella biex l-istituzzjonijiet tal-pajjiż għandhdom ikunu msaħħa. Xi ħadd irid jerfa’ r-responsbbiltà; fl-Iraq irriżenja l-Ministru tal-Intern minħabba karozza bomba li qatlet għexieren.
Dan il-każ hu għal kollox differenti minn każi oħra għaliex qatt qabel ma nqatel ġurnalist. Daphne nqatlet minn xi ħadd li kien skomdu b’dak li kienet qed tikteb Daphne. L-Oppożizzjoni se tkompli tiġġieled il-korruzzjoni, taħdem biex jissaħħu l-ġurnalisti, jitjieb il-livell tL-politika, li ssir ġustizzja mal-familja Caruana Galizia u li l-persuni responsabbli jinġiebu quddiem il-ġustizzja.
//= $special ?>