Il-konferenza tal-aħbarijiet li għamel il-Kummissarju tal-Pulizija dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, hi l-aktar waħda imbarazzanti u forsi fost l-agħar li qatt saru f’pajjiżna mill-Korp tal-Pulizija.
Sostna dan il-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista, l-MZPN, fi stqarrija dwar il-mod li bih saret il-konferenza tal-aħbarijiet mill-Korp tal-Pulizija u aktar u aktar dwar dak li ntaql, eżattament xejn ġdid minn dak li kien diġa’ ħareġ fil-media.
“75 siegħa wara l-qtil makabru tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, l-Kummissarju tal-Pulizija ħareġ minn fejn kien mistoħbi u ndirizza konferenza tal-aħbarijiet imbarazzanti”
L-istqarrija ssemmi dak li qal il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar li ma jaħsibx li l-pubbliku qed jistaqsi fuq l-integrita’ tiegħu. L-MŻPN kompla billi qal li jħoss li għandu jfakkar lill-Kummissarju għalfejn, iva, għandu jaħseb li n-nies qed jistaqsu fuq l-integrita’ tiegħu. Dan billi semmew kif fl-iskandlu tal-Panama Papers, li xxokja pajjiż u anke lid-dinja, ma ħa l-ebda azzjoni, l-iskandlu tal-passaporti u l-iskandlu ta’ Jimmy Magro li baqa’ qatt ma ġie investigaw fuq akkużi ta’ tixħim.
L-MŻPN sostna li hu ċar li Lawrence Cutajar m’għandux jibqa Kummissarju tal-Pulizija aktar u aktar f’dan il-każ tal-qtil makabru ta’ ġurnalista.
//= $special ?>