Lokali

Il-Kummissarju tal-Pulizija ma jaċċettax stedina fuq il-programm Xarabank

Il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar illejla m’aċċettax stedina waqt il-programm Xarabank li llum qed jiddiskuti l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

F’kummenti fuq il-website ta’ Xarabank il-preżentatur u ġurnalist Peppi Azzopardi qal li hu stieden il-Kummissarju tal-Pulizija imma ma weġibx jekk hux se jattendi, u baqa ma tfaċċax għal programm.

Il-Kummissarju tal-Pulizija lbieraħ sejjaħ konferenza tal-aħbarijiet wara tlett ijiem mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u f’din il-konferenza tal-aħbarijiet ma qal xejn ġdid, ħlief li giddeb il-Prim Ministru dwar l-FBI.

Fil-programm il-mistiedna huma Lou Bondi, Saviour Balzan, Pierre Portelli u Gino Cauchi. Se jipparteċipaw ukoll l-eks-Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo u l-espert fuq dawn it-tip ta’ delitti, John Ellul.