Il-Papa Franġisku bagħat il-kondoljanzi tiegħu lill-Arċisqof ta’ Malta Mons. Charles J Scicluna wara l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Fl-ittra tiegħu iffirmata mis-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan il-Kardinal Pietro Parolin, il-Papa Franġisku qal li huwa mnikket bil-mewta traġika ta’ Daphne Caruana Galizia.
Il-Papa offra t-talb għal mistrieħ ta’ dejjem u talab l-Arċisqof iwassal il-kondoljanzi tiegħu lill-Familja.
Il-Papa Franġisku fl-ittra jitlob il-barka t’Alla fuq in-nazzjon kollu.
//= $special ?>