Aggressur suwiċida tajjar l-isplussivi li kellu fuqu biex qatel talanqas 30 persuna ġo moskea fil-kapitali Afgana, Kabul. Iċ-ċifra tal-mejtin mistennija titla’ aktar ma jgħaddu s-sigħat
Ix-xhieda fl-inħawi tal-moskea ta’ Imam Zaman, lejn il-Punent tal-belt, fissru s-sit tal-attakk bħala ‘zona ta’ gwerra’.
L-isplużjoni seħħet meta d-devoti Musulmani kienu qed jieħdu sehem f’sessjoni ta’ talb fil-moskea.
Intant, it-terroristi tal-ISIS kemm il-darba wettqu attakki fuq il-moskej tax-Xiti madwar l-Afganistan, b’attakk partikulari jseħħ f’Awwissu li għadda — ukoll f’Kabul –u li fih kienu tilfu ħajjithom talanqas 20 persuna.
//= $special ?>

