Schembri jirrispetta l-luttu li qed jintwera wara l-qtil brutali ta' Daphne Caruana Galizia
“Li niċċelebra l-gowl ma kienx sew wara dak kollu li ġara f’Malta din il-ġimgħa”.
Hekk iddikjara fuq Facebook il-captain tat-tim Nazzjonali Malti Andre’ Schembri wara l-gowl storiku li skorja fl-Europa League il-Ħamis filgħaxija kontra Atalanta.
Ħafna innutaw il-fatt illi wara li skorja, Schembri ma ċċelebrax. U dalgħodu spjega għaliex għamel hekk.
//= $special ?>