Rapport: Keane Cutajar
NAXXAR L……………3
ST ANDREWS……….1
Naxxar: C. Nicht, S J. Fenwick, R. Grech, M. Micallef (J. Debono 66’), D. Bonnici, D M. Bustos, A. Buhagiar (R G. Cassar 73’), M. Fenech, A. Cascaval, A. Mendy, Y. Messias
St. Andrews: M. Calleja Cremona, E. Pena Beltre, A. Borg (D. Jackson 78’), A. Friggieri, J. Farrugia, K. Atkinson, M. Gauci, J. Walker, T. Grant, R. Martin (M. Miranda 57’), K. Butler (M. Grima 57’)
Imwissija: A. Cascaval 16’ (N) K. Butler 18’, M. Gauci 25’, T. Grant 76’ (S)
Skorjaw: J. Walker 7’ (S) S J. Fenwick 41’ pen., Y. Messias 54’, D. Bonnici 90’ (N)
Referee: Malcolm Spiteri
Assistant Referees: Edward Spiteri, Thomas Debono
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Daniel Mateo Bustos (Naxxar)
Attendenza: 126
Naxxar akkwistaw l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lil St. Andrews f’konfront dirett mill-qiegħ tal-klassifika.
St. Andrews marru minn fuq kmieni fil-partita iżda penalty dubjuż lejn l-aħħar tal-ewwel taqsima dawwar ix-xejra tal-logħob favur Naxxar biex witta t-triq għal rebħa li issa ġabet lil Naxxar bl-istess ammont ta’ punti ma’ St. Andrews.
Rajna bnadar meżżasta kif ukoll assistejna għal minuta silenzju qabel il-partita b’turija ta’ rispett lejn avvenimenti riċenti ġewwa pajjiżna.
Joseph Farrugia prova dirett minn freekick wara ħames minuti logħob iżda Christopher Nicht kien attent u dawwar f’korner. Minuta wara, Jacob WALKER fetaħ l-iskor għal vjola bi ġmiel ta’ ballun minn fuq il-gowlkiper Naxxari wara li sieħbu tefgħu f’pożizzjoni tajba fil-kaxxa.
L-ebda azzjoni denja għal aktar minn nofs siegħa logħob sakemm Joseph Farrugia għadda tajjeb lejn Kevaughn Atkinson li ġie waħdu mal-gowlkiper, iżda Nicht irnexxielu joħroġ minn fuq.
Ħames minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, Malcolm Spiteri saffar għal penalty favur Naxxar wara dak li deher ‘handsball’ fil-kaxxa. Mill-ħdax-il metru, Scott FENWICK ma żbaljax biex ġab l-iskor f’parità ftit minuti qabel l-mistrieħ.
Fil-51 minuta Atkinson għadda lejn Aiden Friggieri li ttanta xortih iżda Nicht iġġebbed mal-art u salva fil-baxx. Tlett minuti wara, Naxxar marru fil-vantaġġ. Yuri MESSIAS venven ġmiel ta’ xutt minn barra l-kaxxa li għeleb lil Matthew Calleja Cremona wara li kien mgħejjun mill-mimduda.
Ftit sekondi wara, Duane Bonnici sab ruħu f’qagħda tajba iżda spara f’Calleja Cremona b’dan tal-aħħar żamm tajjeb. Fit-78 minuta kienu Daniel Mateo Bustos u Messias li ħabtu l-ballun ma’ xulxin. Bustos ittanta xortih minn pożizzjoni angolata iżda sab lil Calleja Cremona attent.
Seba’ minuti mit-tmiem, Bustos għamel spazju għalih innifsu u forsi dam xi ftit biex ikkonkluda. Calleja Cremona irkupra u salva lil sħabu meta dawwar b’saqajh korner. Naxxar għamluhom tlieta mat-tokki tad-90 minuta. Duane BONNICI daħal tajjeb u b’kalma tefa’ ġewwa minn taħt il-gowlkiper.
//= $special ?>