Internazzjonali

In-Norveġja f’idejn in-nisa

Eriksen Soereide, (ritratt) il-Ministru tad-Difiża Norveġiża, illum il-Ġimgħa se tinħatar Ministru tal-Affarijiet Barranin tan-Norveġja.
B’hekk hi se tkun l-ewwel mara fin-Norveġja li qatt inħatret f’din il-kariga. Apparti minn hekk, it-tielet l-ogħla karigi tal-Gvern Norveġiż, dik tal-Prim Ministru, ta’ Ministru tal-Affarijiet Barranin u tal-Ministru tal-Finanzi huma f’idejn nisa.
Soereide se tieħu post Boerge Brende li x-xahar li għadda nħatar President tal-Forum Ekonomiku Dinji. Hi ilha fil-kariga minn mindu l-Gvern preżenti mmexxi mill-Prim Ministru Erna Solberg ħa l-ġurament tal-ħatra f’Ottubru tal-2013.
Soereide kienet imfaħħra kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment għall-ħidma bħala Ministru tad-Difiża.
Fil-Kabinett ta’ Solberg magħmul minn 18-il Ministru, hemm disa’ li huma nisa.