Rapport: George Cassar
GŻIRA U………1
BALZAN………2
Gżira: A. Curmi, G. Muir, S. Borg (K. Pulo 46’), C. Gatt Baldacchino, S. Diamoutene, Moises, R. Briffa, A. Cohen, J. Corbolan (Z. Scerri 70’), A. Samb, N. Okoye
Balzan: I. Janjusevic, S. Arab (J. Grioli 91’), S. Bezzina, Bruno, E. Serrano, P. Fenech, R. Fenech (J. Zerafa 84’), C. Eduardo, U. Ljubomirac.Lecaò (A. Effiong 36’), B. Kaljevic
Imwissija: P. Fenech 19’ (B), S. Diamoutene 30’ (G), C. Gatt Baldacchino 40’, R. Briffa 62’, K. Pulo 89’ (G)
Tkeċċa: S. Diamoutene 75’ (B)
Skorjaw: B. Kaljevic 51’ (B), N. Okoye 53’ (G), B. Kaljevic – pen. 90’ (B)
Referee: Philip Farrugia
Assistenti Referees: Jurgen Spiteri, Paul Apap
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Carlos Eduardo (Balzan)
Attendenza: 585
Penalty fid-disgħin minuta ta’ Bojan Kaljevic ta l-ewwel telfa lil Gżira United li lagħbu l-aħħar kwarta bi plejer inqas.
Il-bilanċ kien kważi tul il-partita kollha anki fir-riżultat fejn wara l-gowl ta’ Balzan, Gżira wieġbu f’inqas minn żewġ minuti. Madankollu mat-tkeċċija ta’ Souleymane Diamoutene, Balzan għafsu iktar fl-attakk u finalment kisbu l-gowl li riedu.
Iż-żewġ naħat għandhom tnejn mill-iktar attakkanti perikolużi fil-futbol Malti fil-mument: Amadou Samb u Bojan Kaljevic li qed jokkupaw l-ewwel żewġ postijiet fil-klassifika tal-iskorers. Samb kien mgħasses tajjeb mid-difensuri ta’ Balzan u ftit li xejn spikka biex għall-ewwel darba dan l-istaġun ma kienx fost l-iskorers. Fuq in-naħa l-oħra Kaljevic skorja ż-żewġ gowls ta’ Balzan u jidher li issa sab il-forma li s-sena l-oħra għamlitu l-aqwa skorer tal-kampjonat.
Il-plejer tal-logħba reġa’ kien Carlos Eduardo li kien involut f’ħafna mill-attakki Balzanin u tema’ diversi blalen lill-attakkanti. Wara kwarta, minn kross ta’ Uros Ljubomirac, Kaljevic daħal tajjeb qalb id-difiża Gżirjana u x-xutt tiegħu laqat il-mimduda.
Kif bdiet it-tieni taqsima Gżira laqtu l-lasta wkoll. Ix-xutt minn barra l-kaxxa ta’ Roderick Briffa ġie salvat minn Ivan Janjusevic li kellu bżonn l-għajnuna tal-wieqfa. Balzan skurjaw fil-51 minuta b’azzjoni mibdija minn Carlos Eduardo. Dan ta through pass lejn Alfred Effiong li fetaħ għan-nofs lejn Bojan KALJEVIC li temm l-azzjoni bil-ballun fix-xibka.
Ir-risposta ta’ Gżira kienet immedjata għax laħqu l-avversarji f’inqas minn żewġ minuti. Briffa insista mal-lemin u ta kross lejn Nbudisi OKOYE li għeleb lil Janjusevic bir-ras. Kwarta mit-tmiem, Diamoutene waqqaf il-ħarba veloċi ta’ Kaljevic u ntwera t-tieni karta safra.
Fid-90 minuta Gżira wasal l-episodju li fired liż-żewġ timijiet meta minn azzjoni li bdiet minn freekick ta’ Eduardo, Karl Pulo ġie ġġudikat li waqqaf il-ballun b’idu u bir-referee Philip Farrugia jordna penalty. Bojan KALJEVIC ikkonvertih f’gowl biex ta tliet punti lil Balzan li għall-ewwel darba dan l-istaġun tellgħuhom fit-tielet post.
//= $special ?>