Lokali

Raġel imut wara li ngħalaq fuq il-bejt u pprova jidħol minn tieqa ta’ shaft f’binja f’San Ġwann

Raġel ta’ 45 sena minn Bormla miet wara li l-bieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-7:30p.m. waqa’ f’shaft fi blokka fi triq il-Mensija San Ġwann.

Jidher li r-raġel kien fuq il-bejt u nagħlaq barra, kien hawn li r-raġel ipprova jiddendel biex jidħol minn tieqa ta’ uffiċċju li hemm fl-istess shaft u sfortunatament waqa’ minn għoli.

Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei sabiex jassistu, iżda sfortunatament, il-vittma ġie iċċertifikat mejjet fuq il-post.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa  Doreen Clarke li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.