Traġedja familjari f’Como fejn raġel Marokkin ta’ 49 sena qatel lit-tfal tiegħu stess billi tahom in-nar.
Ir-raġel jidher li għamel suwiċidju wara li qatel tlett itfal – żewġ bniet u tifel – billi ta n-nar lir-residenza f’Como. Hemm tifel ieħor li qed jingħata kura fi sptar lokali.
Huma kienu jgħixu flimkien ma’ missierhom u ommhom li rnexxielha ssalva. Jidher li l-omm reċentament kellha tingħata kura minħabba problemi mentali.
Il-Pulizija fl-investigazzjoni m’hi qed teskludi xejn. Mad-dħul fl-appartament, il-forzi ta’ emerġenza sabu munżell imbarazz u li n-nar nbeda minn ġewwa.
Sorsi qalu li l-familja kienet qed tingħata għajnuna mis-servizzi soċjali għaliex kienet qed tgħix f’diffikultà. //= $special ?>





