L-SDM se tissieħeb ma’ numru akbar ta’ organizzazzjonijiet mis-soċjetà ċivili Maltija biex tipprotesta favur ġustizzja xierqa f’Malta.
Dan qed tagħmlu b’responsabbiltà u b’impenn lejn l-istudenti li tirrappreżenta.
L-SDM qalet li temmen li fiċ-ċirkostanzi gravi li qegħdin fihom, jeħtieġ li l-istudenti kollha jsemmgħu leħinhom u jkunu vuċi b’saħħitha li kapaċi ġġib il-bidla. Għalhekk, qed tappella wkoll biex l-istudenti kollha jingħaqdu f’din id-dimostrazzjoni organizzata min-netwerk tas-soċjetà ċivili. Matul din il-ġimgħa, l-SDM diġa pparteċipat f’numru ta’ attivitajiet biex ifakkru l-memorja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u favur il-libertà tal-espressjoni.
L-SDM ħeġġet lill-pubbliku, speċjalment studenti Universitarji biex jagħmlu użu mit-trasport li qed jiġi organizzat mill-KSU li jitlaq mill-Università fit-3pm.
Min-naħa tagħhom il-Kamra tal-Periti qed tħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-periti. Fil-messaġġ tagħha l-kamra tal-periti kwotat lil Jane
Jacobs; “There is a quality even meaner than outright ugliness or disorder, and this meaner quality is the dishonest mask of pretended order, achieved by ignoring or suppressing the real order that is struggling to exist and to be served.”
//= $special ?>