Lokali

“Daphne Caruana Galizia se tibqa’ mfakkra għall-qlubija u l-passjoni” – Ġurnalist ta’ The Australian Financial Review

Neil Chenoweth ġurnalist ta' The Australian Financial Review jitkellem wara l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia

“Daphne Caruana Galizia kienet ġurnalista mill-aqwa – kellha abilita’ forensika li tinterperta dokumenti – kwalita’ rari ħafna” – kliem il-ġurnalist ta’ The Australian Financial Review Neil Chenoweth wara kuntatt li sar mill-preżentatur tal-programm Iswed fuq l-Abjad Frank Psaila.

Neil Chenoweth qal li Daphne Caruana Galizia se tibqa’ mfakkra għall-passjoni, qlubjia u l-kuraġġ li uriet biex tiddefendi l-ideali u l-prinċipji tal-pajjiż li tant ħabbet. Hu stqarr li t-telfa tagħha hi telfa għall-kulħadd, irrelevanti mill-politika.

Il-ġurnalist ta’ The Australian Financial Review jemmen li l-qtil tagħha juri falliment pubbliku ta’ kontabililta’ mill-partijiet involuti. Dan hekk kif ħadd għadu ma ħa responsabilta’ ta’ dak li seħħ.

Neil Chenoweth temm jgħid li l-għażliet morali tal-mexxejja politiċi jagħmlu huma importanti. Hu tenna li min qatel lil Daphne Caruana Galizia ħaseb li seta’ jgħaddiha lixxa, għax kulħadd irnexxielu jaħrab mir-responsabbilta’.