Lokali Parlament

Daphne tneħħiet mill-umanità tagħha b’attakki għal 20 sena

Marlene Farrugia

– Marlene Farrugia, PD

Id-deputat tal-PD Marlene Farrugia qalet li l-qattiela ta’ Daphne huma nies maħtura minn din il-Kamra li tpoġġew f’istituzzjonijiet li kelhom jipproteġu lil din l-omm ġurnalista iżda li minflok użaw il-pożizzjoni tagħhom biex jipproteġuha wżaw il-pożizzjoni tagħhom b’mod differenti. Hi qalet li fl-aħħar 20 sena Daphne ġiet imneħħija mill-umanità tagħha b’attakki fuqha. Dan kien eżempju li ta l-gvern u li kaxkar l-eżempju tal-poplu.

Hi semmiet il-mod kif kienet attakkata fil-parlament minn Joe Debono Grech u qalet li d-deputati Laburisti kienu ddefendew lil Debono Grech. Il-ħin li nqatlet kien perfett għaliex hi nqatlet meta kienet lanqas popolari fil-pajjiż għaliex min kien itiha l-appoġġ kien imsejjes kontriha.

Marlene Farrugia rriferiet għad-diskors tal-Prim Ministru u staqsiet għaliex ingħażel dan iż-żmien biex tinqatel Daphne. Fl-2013 l-poplu kien qed jixtieq u jittama li tieqaf il-kultura ta’ impunita u jibda żmien ta’ ġustizzja għal kulħadd kif imwiegħed minn gvern Laburista.

Hi tkellmet dwar klikka ta’ nies li tiddomina fil-partiti u qalet din il-klikka taħti għas-sitwazzjoni tal-lum għax il-pajjiż sar tali li Daphne ma sabitx protezzjoni u inqatlet.

Id-deputat tal-PD qalet li l-klassi politika trid titnaddaf u l-poplu jrid iqum u semmiet il-kuntratti kbar li għamel il-gvern Laburista maż entitajiet u pajjiżi wara l-elezzjoni tal-2013. Dak li bdiet Daphne jrid jitkompla! sostniet Marlene Farrugia.