Formula 1 Sport

FORMULA 1 – Verstappen iġedded il-kuntratt mar-Red Bull

Is-sewwieq Max Verstappen ġedded il-kuntratt tiegħu mar-Red Bull b’sena biex issa se jkun marbut mat-tim sal-2020. Din l-aħbar se ġġib fi tmiem l-ispekulazzjonijiet li kien hemm dan l-aħħar li bdew jgħidu li s-sewwieq Olandiż kien se jiffirma mal-Ferrari jew mal-Mercedes fis-snin li ġejjin.

Il-kuntratt preċedenti Verstappen kien se jiskadi fl-2019.

F’nofs l-2016 hu kien isuq mat-Toro Rosso sakemm ingħata post mar-Red Bull u kien rebaħ l-ewwel Grand Prix fil-karriera tiegħu meta rebaħ it-tellieqa fi Spanja.

Minn dakinhar ‘l hawn hu kompla jimpressjona u ftit xhur ilu rebaħ it-tieni GP fil-karriera tiegħu, dak tal-Malasja.