Lokali Qtil Politiku

Il-Europol toffri l-assistenza lill-Pulizija ta’ Malta dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Fl-aħħar ħin, id-Direttur Eżekuttiv tal-Europol Rob Wainwright offra l-għajnuna f’dawn iż-żminijiet daqstant diffiċli.

Fuq Twitter, Rob Wainwright kiteb li qed isegwi mill-qrib l-investigazzjoniji li qed issir fuq il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li seħħ nhar it-Tnejn li għadda f’karozza bomba. Hu stqarr li l-Uffiċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) qed toffri l-assistenza sħiħa lill-Pulizija ta’ Malta f’din l-investigazzjoni.