Kultura Lokali

Il-ħdax-il edizzjoni ta’ Casal Fornaro

Illejla, Ħal Qormi se jinbidel f’belt fejn se jerġgħu jingħataw il-ħajja lil dawk it-tradizzjonijiet li fil-passat kienu jiddistingwu lil din il-lokalita’.

Din hija il-ħdax-il edizzjoni ta’ Lejl f’Casal Fornaro.

Din l-attività ser tkun qed isseħħ fit-toroq ta’ Ħal-Qormi fejn wieħed isib diversi fran tal-ħobż. Diversi artisti lokali ser jipparteċipaw f’din l-attivita, filwaqt li l-pubbliku ser ikun jista jżur xelters tat-tieni Gwerra, jsegwu baned differenti filwaqt li jammiraw l-armar tal-festa.

Lejl f’Casal Fornaro hija opportunità sabiex niskopru l-kutura u t-tradizzjonijiet Maltin fl-lejl wieħed.