IL-PINNA TIRBAĦ LILL-BIŻA’ – il-messaġġ li l-midja lokali, permezz tiegħu se tingħaqad f’messaġġ wieħed favur il-liberta` tal-espressjoni u l-liberta` tal-istampa fl-isfond tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li seħħ nhar it-Tnejn li għadda.
Il-ġurnalisti, edituri, fotografi u camerapersons fost diversi professjonisti oħra fil-midja ngħaqdu flimkien l-Ħamis li għadda f’manifestazzjoni b’saħħitha fil-Belt Valletta li matulha kkundannaw il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u hemm ġiet imħabbra din il-kampanja; Il-Pinna tirbaħ lill-Biża’.
Permezz tal-messaġġ Il-Pinna tirbaħ lill-Biża’, ir-rappreżentanti kollha tal-midja lokali – ġurnalisti, xandara u preżentaturi – se jwasslu messaġġ qawwi ta’ determinazzjoni li ĦADD u XEJN mhu se jwaqqaf jew isikket il-ħidma fit-tfittxija għall-verita` fil-ħidma professjonali tal-ġurnalisti ta’ kuljum.
Il-Ħadd, dan il-messaġġ se jintwera bis-sħiħ fuq il-mexxi kollha tax-xandir; l-istazzjonijiet, il-gazzetti, u s-siti elettroniċi.
//= $special ?>