– Jason Azzopardi, PN
Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li tul is-snin il-Partit Laburista u esponenti tiegħu attakkaw u kkritikaw il-protezzjoni tal-pulizija lil Daphne Caruana Galizia.
Fil-parlament Jason Azzopardi qal li Malta hi stat immermer għalkemm sa ftit ilu Malta kienet pajjiż trankwill fejn il-poplu kellu Malta differenti; Malta li kienet l-aktar pajjiż sigur fid-dinja. Hu semma diversi pajjiż falluti li jkunu fl-aħbarijiet għal skopijiet ħżiena għaliex huma mmexxija minn reġimi dittatorjali fejn m’hemmx żvilupp tal-istituzzjonijiet demorkatiċi.
Għall-ewwl darba, Malta ingħaqdet fil-lista ta’ dawn il-listi għaliex issa Malta għandha dmeokrazija imminata u qed tkun żmantella biex minflok daħlet il-kultura tal-aċċess. Ħafna qalu li dan hu progress iżda ma nemminx li dan hu minnu. Dan hu stat qoxra, imsewwes u mmerer fejn il-gvern qed juża t-tarka tal-istituzzjonijiet biex jiddefendi lilu nnifsu minflok biex jiddefendi liċ-ċittadini.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li Daphne kienet punt ta’ riferenza għall-istandards li l-pajjiż għandu jirriferi għlihom għalkemm mhux kulħadd jaqbel ma’ dak kollu li kienet tikteb. Daphne kienet wissiet dwar il-perikli tal-kriminalità li qed jiddominaw il-pajjiż u li l-istituzzjonijiet qed jikkrollaw. Il-kiem tagħha jibqa’ jidwi.
Jason Azzopardi qal li l-gvern tilef il-kontroll tas-sitwazzjoni fejn hemm forzi suwed li qed jagħmlu li jridu fil-pajjiż hekk kif il-pajjiż fetaħ il-bieb beraħ għal kull min irid jagħmel kemxa flus. Dawn huma kriminali li ħadu l-liġi f’idejhom.
Il-gvern żmantella apposta l-istrutturi tal-pajjiż biex jippoteġi lilu nnifsu. Il-Prim Ministru ħaseb li seta’ jgħaddi minn fuq kull skandlu u ħaseb biss fih u fil-gvern tiegħu u mhux fl-interess tal-pajjiż. Is-sitwazzjoni tal-lum hi l-prezz li l-poplu qed iħallas.
Jason Azzopardi qal li l-istituzzjonijiet saru bla snien fejn l-Avukat Ġenerali għandu responsabbiltajiet kbar biex jibda l-investigazzjonijiet. Minkejja l-evidenza fir-rapporti tal-FIAU, l-Avukat Ġenerali abdika mir-responabbiltajiet tiegħu u iktar qed jidher l-avukat personali tal-Prim Ministru milli l-Avukat Ġenerali tal-pajjiż.
Dwar il-pulizija, Jason Azzopardi qal li anki l-ġunalisti barranin ikkritikaw u ddieħku bil-konferenza tal-aħbarijiet tal-Kummissarju tal-Pulizija dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Kieku ma kinitx traġika, is-sitwazzjoni kienet tkun kummiedja, sostna Jason Azzopardi, li kompla li Lawrence Cutajar hu manifestament inkompetenti għall-kariga ta’ Kummissarju tal-Pulizija.
Hu tkellem dwar il-FAM u qal li bħalissa hemm 12-il Assistent Kummissarju u 4 deputati Kummissarji meta fi New York hemm żewġ deputati kummissarji u f’Londra hemm deputat Kummssarju wieħed. Anki l-indipendenza tal-ġudtikatura u r-rispett lejn il-ġudikatrua sejrin lura.
Jason Azzopardi feraħ lill-pulizija serji u onesti għall-qabda tad-droga li saret u qal li l-problema hi l-indħil politiku fil-Korp u t-tmexxija tal-istess Korp. Hu tkellem dwar l-FIAU u qal li din suppost qed tinvestiga l-każi ta’ korruzzjoni iżda fiha hemm riżenji u tkeċċijiet li effettwaw is-sitwazzjoni.
Dwar il-FAM, Jason Azzopardi qal li din kienet iġġeddet wara l-1987 b’investiment qawwi iżda meta kien elett Joseph Muscat fl-2013 il-FAM ittieħdu minn kmandanti Laburisti. Wara iktar minn 30 sena l-FAM marret taħt il-Ministeru tal-Intern u issa s-sitwazzjoni saret waħda diffiċli bi promozzjonijiet lil nies tal-qalba fil-PL. Hu semma l-mod kif jingħataw promozzjonijiet fil-FAM u qal li s-sistema tal-ġustizzja qed tfalli.
Jason Azzoaprdi semma l-Global Competitive Index li jkejjel il-pajjiżi fuq il-fiduċja fil-pulizija u l-ġudikatura u qal li fl-2015 Malta kienet fis-37 post u fit-33 post rispettivament. Iżda f’sentejn Malta niżlet għall-51 post fil-ġuikatrua u għas-47 post għall-fiduċja fil-pulizija.
Jason Azzopari semma l-każi ta’ korruzzjoni f’Malta fosthom mill-canvasser tal-Ministru Evarist Bartolo li bena blokka appartament fir-Rabat u fejn hemm evidenza ta’ tixħim. Il-pulizija m’għamlet xejn dwar dan il-każ, kif ma sar xejn fuq il-każ ta’ Jimmy Magro, li dwaru hemm bażi biex jitressaq. Kien propju għalhekk li l-Prim Imħallef tkellem kif għamel dwar il-pulizija u l-Avukat Ġenerali.
Jason Azzopardi qal li t-tfal ta’ Daphne qalulu li l-qtil t’ommhom hu r-riżultat ta’ 20 sena attakki fuqha. Hu qal li l-PL kien jitkellem u jikkritika s-sigurtà ma’ Daphne fejn kien jintqal li qed jinħlew il-flus fis-sigurtà għaliha. Jason Azzopardi kkwota diversi artiklu tal-KulĦadd li fihom kkritikaw il-protezzjoni li kellha Daphne Caruana Galizia. Hu appella biex jitwaqqaf Kumitat Parlamentari għall-Intern u s-Sigurtà, kif hemm f’pajjiżi oħra.
Jason Azzopardi semma l-klima ta’ intimidazzjoni u rrifera għal korispondenza b’emails privati mingħand Henly & Partners biex jittieħdu passi legali kontra Daphne, kontrih u kontra tliet mediahouses oħra. Hu kkritika l-fatt li l-politiċi jkunu informati li ċ-Chairman ta’ Henly & Partenrs se jagħmel kawża ta’ libell kontra persuni fMalta. Għaliex ikkomunika dan mal-Ministru tal-Ġustizzja ċ-Chairman ta’ Henly & Partners ? staqsa Jason Azzopardi.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-qtil ta’ Daphne hu qtil politiku għax kienet fuq quddiem biex tikxef il-korruzzjoni. Kien att umiljanti u ta’ insessittivita li l-fdalijiet tal-persuna maqtula jibqgħu mifruxin fl-għalqa fil-Bidnija sat-Tlieta filgħaxija.
Il-Maġistrat bagħtet għall-familja ta’ Daphne l-qorti iżda dawn tħallew jistennew fl-għatba tal-qorti sal-10.15 pm meta hu, bħal avukat tagħhom, mar jistaqsi dwar id-digriet.
Kif inbidel il-Maġistrat, il-Maġistrat Anthony Vella mar id-dar tagħhom jitkellem magħhom; kif għandu jkun. Intilfu 14-il siegħa kruċjali fl-investigazzjonijiet; 14-il siegħa kruċjali sakemm inħarġet id-digriet. L-istat għandu juru sensittività!
Jason Azzopardi semma l-kummenti iebsa ta’ The Guardian dwar il-kriminalità organizzata f’Malta u qal li f’Malta hawn stat li jitmexxa bħal organizzazjzoni kriminali; stat Mafjuż. Hu qal li l-Prim Imħallef kellu raġun jitkellem dwar il-ħtieġa li s-soċjetà tmur lura għal dak li hu bażiku iżda l-Prim Ministru qallu biss ‘noted’.
//= $special ?>