Hija korretta jekk ngħidu li l-mewt ta’ Daphne Caruana Galizia kien qtil politiku, anke jekk l-investigazzjoni għadha biss fil-bidu. Dan qalu Lawrence Gonzi lil The Times of Malta hekk kif sostna u qal li għad hemm lok ta’ ħafna teoriji fuq dan il-qtil iżda inkunu żbaljati jekk ma npoġġux dan id-delitt bħala wieħed politiku.
Lawrence Gonzi qal li l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ta’ t-Tnejn li għadda jirrapreżenta sentenza tal-mewt lil-libertà tal-istampa, tal-ġustizzja, ta’ Gvern tajjeb, għall-imparzjalità, onestà, integrità, ġustizzja, raġonevolezza u dak kollu li kienet tirrapreżenta Daphne Caruana Galizia.
Huwa qal li l-“vuċi profetika” ta’ Caruana Galizia kien ta’ spiss waħedha. Hija sabet reżonanza rari f’wieħed mill-aktar analiżi oġġettivi mwassla mill-Prim Imħallef biss ġimagħtejn qabel il-qtil brutali tagħha.
Il-gazzetta qalet li l-kummenti tal-Prim Imħallef tajjeb li tixtarrhom sew hekk kif huwa kien minn dejjem prudenti fi kliemu.
Dr Gonzi qal li ma nistawx nippretendu dan il-każ huwa każ li jista’ jintesa bil-flus u l-kampanji li qed jagħmel il-gvern preżentament. Illum il-ġurnata ma nistawx noqgħodu nħarsu kif ekonomikament pajjiżna sejjer iżda issa rridu nħarsu fuq l-integrità ta’ pajjinżna. Ir-reputazzjoni ta’ Malta.
Huwa qal li dan l-assassinju juri kif is-soċjetà tal-lum il-ġurnata tilfet il-valuri. Huwa ddeskriva dan bħala stat li missejna l-qiegħ.
//= $special ?>