Lokali

In-Nazzjon 21.10.2017

Ir-ritratt tal-lum tal-ġurnal In-Nazzjon juri kif il-midja internazzjonali hi mixgħula bl-assassinju tal-ġurnalista Maltija Daphne Caruana Galizia. Ir-ritratt juri l-prominenza li tat il-gazzetta Ġermaniża ‘Süddeutsche Zeitung’, lill-ġurnalisti tagħha kienu l-ġurnalisti ewlenin li żvelaw il-Panana Papers.

Il-ġurnal ikompli jiżvela l-aħħar żviluppi fl-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-qtil politiku.

Stejjer oħra ewlenin jittrattaw id-dimostrazzjoni nazzjonali mis-soċjetà ċivili għada fil-Belt u li fiha l-Partit Nazzjonalista se jkun qed jipparteċipa.

Storja oħra ewlenija tagħti l-aħbar li wieħed mill-Maltin imfittxija b’rabta mal-kuntrabandu taż-żejt u l-fuel kien arrestat f’Lampedusa.

Fil-paġni tal-opinjonijiet illum insibu l-analiżi ta’ Ivan Bartolo, il-kummentarju ta’ Victor Camilleri u riflessjonijiet ta’ Fr. Norbert Ellul Vincenti u Fr. Reno Muscat.