Lokali

Protesta f’Katanja wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

F’Katanja dalgħodu numru ta’ nies inġabru fil-Pjazza ta’ quddiem il-Konsulat Malti fil-Belt f’reazzjoni għall-assassinju li seħħ it-Tnejn li għadda fuq Daphne Caruana Galizia.

Fl-ewwel kummenti n-nies preżenti qallu s-sitwazzjoni hija waħda prekarja f’Malta. Dan id-delitt ħasad lill-Ewropa hekk kif huwa ta’ theddida għall-ġurnaliżmu ħieles f’pajjiż demokratiku.

Numru ta’ ġurnalisti preżenti qalu li l-Kummissjoni Anti-Mafia li kienet mistennija tiġi t-Tnejn li ġej. B’rabta ma’ dan il-kummissjoni se tagħmel numru ta’ intervisti ma’ ġurnalisti u politiċi dwar dan il-każ.

Aktar dettalji ‘l quddiem.