Lokali

RITRATTI: Arrestat wara li spara minn fuq bejt f’Ħal Għaxaq

Ir-raġel li spara ġie mal-ewwel arrestat mill-membri tal-RIU

Raġel ta’ 42 sena ġie arrestat wara li spara tiri minn fuq residenza f’Ħal Għaxaq. Sorsi qrib Net News qalu li aktarx ir-raġel li spara kien involut f’argument mal-ġirien li kienu qegħdin jagħmlu xi xogħol ta’ kostruzzjoni. L-istess sorsi qalu li r-raġel dak il-ħin tela’ fuq il-bejt u spara xi tiri.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1.30 ta’ waranofsinhar biswit il-Knisja Parrokjali  ta’ Ħal Għaxaq, fi Sqaq numru 4, Triq Santa Marija.

Dak il-ħin stess, hekk kif ħareġ mill-propjeta’ tiegħu arrestat u eskortat mill-Pulizija – marru fid-direzzjoni tal-karozza privata tar-raġel arrestat fejn hemmhekk saret tfittxija oħra mill-Pulizija. Wara huma ħadu lir-raġel fil-karozza tal-Pulizija.

Net News mar mal-ewwel fuq il-post, fejn xandarna l-arrest live fuq il-paġna ta’ Facebook: