Lokali

Żewġ xufiera ttieħdu l-isptar wara inċident fl-Imġarr wara li pruvaw isalvaw kelb.

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji
Xufier ta' 57 sena ċertifikat li qed isofri ġrieħi ħfief.

L-inċident seħħ fil-bypass tal-Imġarr, Malta, fi Triq Sir Temmi Zammit ftit wara s-7am fejn xufier ta’ karozza u xufier ta’ vann li kien misjuq fid-direzzjoni opposta pruvaw jevitaw milli jtajjru kelb li qasam f’salt u ħasadhom.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lix-xufier tal-karozza ta’ 30 sena residenti l-Għarb u lix-xufier tal-vann ta’ 57 sena mix-Xewkija l-Isptar, fejn ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.

Il-kundizzjoni tax-xufier tal-karozza għadha mhix magħrufa, filwaqt li passiġġier li kien rikeb fil-vann ma sofriex ġrieħi.

Il-Pulizija qalet li l-kelb xorta ntlaqat minn vettura u miet fuq il-post.